Liverpool vs Roma u Bayern Munich vs Real Madrid.
Dawn huma r-riżultat tal-poloz għas-Semi Finali taċ-Champions League li telgħu ftit tal-ħin ilu fil-kwartieri tal-Uefa f’Syon fl-Isvizzera, mill-eks plejer ta’ Ac Milan u Chelsea, Andriy Shevchenko.
L-ewwel fażi ta’ dawn il-logħbiet ser ikunu qed jintlgħabu nhar l-24 u l-25 ta’ April li ġej, bit-tieni fażi tintlgħab fit-2 u t-3 ta’ MejjU.
Sadanittant ftit tal-ħin telgħu ukoll il-poloz għas-Semi Finali tal-Europa League. Semi Finali li ser ikunu qed jinkludu t-timijiet ta’ Arsenal, Atletico Madrid, Marseille u RB Salzburg.
Iż-żewġ konfronti mistenniha jintlgħabu nhar il-Ħamis 26 ta’ April u tieni leg, il-Ħamis 3 ta’ Mejju.