Eman Ebejer, ġuvni ta’ 32 sena minn Ħal Kirkop intbgħat 20 xahar ħabs wara li spiċċa mingħajr xogħol u sab alternattiva ta’ qliegħ billi jdur is-siti tal-kostruzzjoni u jisraq l-għodda biex isostni l-vizzju tad-droga.
Ebejer ammetta l-akkużi miġjuba kontrih li kien seraq żewġt siti tal-kostruzzjoni, żewġt postijiet battala u residenza f’temp ta’ ġimgħatejn.
L-akkużat ammetta wkoll li kien riċediv bil-Qorti preseduta mill-Maġistrat Consuelo Scerri Herrera tiġbidlu l-attenzjoni li ma jridx jieħu lezzjoni minn dak li għadda minnu qabel. Herrera żiedet twissieh li wasal iż-żmien li jibdel ħajtu qabel jagħmel xi ħaġa li tista tiswilu ħajtu.
Il-Prosekuzzjoni mmexija mill-ispetturi Fabian Fleri u Lydon Zammit qalet li l-għodda li kien seraq Ebejer ġiet irritornata lura liż-żewġt vittmi ta’ dan il-każ.
Wara li kkunsidrat iċ-ċirkostanzi kollha ta’ dan il-każ, u l-valur tal-għodod misruqa, il-Qorti bgħatet lil Ebejer għoxrin xahar ħabs u għamlet rakomandazzjoni lid-direttur tal-ħabs biex jkun jistà jibda programm ta’ rijabilitazzjoni.