Aġġornat: In-numru ta' persuni mejta fl-Alġerija jitla' għal 250 | One News

Notifiki

Aġġornat: In-numru ta’ persuni mejta fl-Alġerija jitla’ għal 250

Għadd ta’ persuni huma maħsuba mejta wara li ġġarraf ajruplan militari fl-Alġerija.

Aġenziji tal-aħbarijiet tal-pajjiż qalu li huwa maħsub li hemm aktar minn 250 suldat li tilfu ħajjithom.

Erbatax-il ambulanza jinsabu fuq il-post fejn qed jieħu lil dawk midruba l-isptar.

L-inċident seħħ dalgħodu fl-ajruport militari ta’ Boufarik f’bażi tal-ajru biswit il-kapitali Algiers.

Erba’ snin ilu, inċident simili b’ajruplan militari bis-suldati u qrabathom abbord iġġarraf u ħalla sebgħa u sebgħin persuna bla ħajja.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend