Sewwieq ta’ mutur ta’ 48 sena residenti Birkirkara ittieħed l-isptar wara inċident fi Triq Dun Karma Birkirkara.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-4.25pm bejn il-mutur misjuq mir-raġel midrub, Hyundai Excel misjuqa minn raġel ta’ 74 sena residenti Birkirkara, u Peugeot 107 żagħżugħ Franċiż ta’ 24 sena.
Kawża ta’ dan l-inċident ingħalqet karreġġjata għat-traffiku. Il-kundizzjoni tar-raġel għadha mhijiex magħrufa.