Il-Viċi-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Robert Arrigo, qal li jħossu frustrat bis-sitwazzjoni fil-Partit Nazzjonalista u fetħilha kontra l-iktar deputati fdati mill-Kap Adrian Delia.
Meta partitarju fuq facebook qallu li s-sitwazzjoni ma tistax tibqa’ sejra hekk Robert Arrigo dlonk qabel miegħu u qal li din sitwazzjoni li jgħixha kuljum. Qal meta Delia jkun waħdu jkun ok imma n-nies ta’ madwaru problema.
Hawn dlonk semma lill-President tal-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, Kristy Debono, lil Jean Pierre Debono u lid-deputat Herman Schiavone. Qal li jekk il-Partit Nazzjonalista se jkompli bir-ritmu li qabad se jkun qed jitlef it-tielet siġġu fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew.