Casa Francesco tingħata ċertifikat għal-livell ta' kura li tagħti lill-anzjani | One News

Notifiki

Casa Francesco tingħata ċertifikat għal-livell ta’ kura li tagħti lill-anzjani

Il-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali Michael Falzon ippreżenta ċ-ċertifikat ISO 9001:2015  lir-residenza tal-anzjani Casa Francesco. Dan iċ-ċertifikat jirrikjedi kwalità għolja fil-livell ta’ immaniġġjar ta’ kura li tingħata f’din ir-residenza tal-anzjani.

Il-Ministru Michael Falzon ippreżenta ċ-ċertifikat bħala rikonoxximent għall-mod li bih qed topera r-residenza.

Casa Francesco hi residenza tal-anzjani fiċ-ċentru ta’ Malta mgħammra b’faċilitajiet tal-ogħla kwalità u b’kapaċità massima ta’ 75 sodda.

L-għan tar-residenza hu li toffri indipendenza lil dawk l-anzjani li joqogħdu fiha filwaqt li tagħti l-aqwa dinjità lir-residenti.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend