Jilmenta li l-KE ma qalitx li m'hemmx rule of law | One News

Notifiki

Jilmenta li l-KE ma qalitx li m’hemmx rule of law

David Casa għandu problema mal-Kummissjoni Ewropea. Ma ħax gost li fl-aħħar rapport dwar Malta kienet pożittiva u kitbilha jgħidilha għaliex ma semmietx li nqatlet Daphne Caruana Galizia u li f’Malta m’hawnx rule of law.

Din id-darba l-MEP tal-Partit Nazzjonalista ngħaqad ma’ MEP tal-Liberali Ewropej Maite Pagazaurtundúa Ruiz biex jipprova jħammeġ isem il-Gvern u konsegwenza ta’ hekk isem pajjiżna.

“Fir-Rapport tal-Pajjiż tal-2018 dwar Malta, fl-ambitu tas-Semestru Ewropew tal-Kummissjoni, m’hemm ebda referenza għall-qtil tal-ġurnalista investigattiva Daphne Caruana Galizia,” jilmentaw mal-Kummissjoni Ewropea ż-żewġ MEPs.

Jgħidu li billi l-governanza ekonomika u politika huma marbuta b’mod inseparabbli u li l-istat tad-dritt għandu impatt dirett fuq il-ħajja ekonomika ta’ Malta. Hu hawn li staqsew jekk il-Kummissjoni tqisx li r-rapport jipprovdi biżżejjed informazzjoni “hekk kif ma jsemmix b’mod espliċitu u fid-dettall il-problemi tal-istat tad-dritt f’Malta, l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia u l-protezzjoni tal-informaturi (whistleblowers) f’każijiet ta’ korruzzjoni?”

Il-Kummissjoni Ewropea għad trid twieġeb għal din il-mistoqsija. Iżda, bħal kull semestru r-rapport tagħha jkun wieħed dettaljat ferm u magħmul minn esperti fis-suġġett.

X’qalet il-Kummissjoni?

Fir-rapport li protesta dwaru David Casa, il-Kummissjoni Ewropea faħħret l-andament ta’ pajjiżna u sostniet li “Malta’s economic performance has been outstanding in recent years” u li “employment growth is among the highest in the EU.”

Il-Kummissjoni ssostni li pajjiżna jinsab “going forward, growth momentum remains strong.”

Il-Kummissjoni Ewropea ddikjarat ukoll li “Malta performs relatively well on the indicators of the Social Scoreboard” u tfaħħar b’mod speċjali l-progress li sar fejn jidħol il-qasam tal-impjiegi. Iddikjarat li “poverty and social exclusion risks declined to levels last seen in 2008.”

Fl-analiżi tagħha l-Kummissjoni Ewropea tgħid li “public finances appear sound” u li “the fiscal situation has improved markedly” tant li l-piż tad-dejn nazzjonali mistenni jonqos taħt il-50% sas-sena d-dieħla. Dan jikkuntrasta mal-Country Report li kien sar fil-bidu tal-2013 fejn il-Kummissjoni kienet sostniet li “the main challenges are to put the public finances on a sustainable path in a credible way and to safeguard financial stability”, tant li kienet tbassar piż tad-dejn pubbliku ta’ 75%.

L-esperti Ewropej jgħidu li wara li “the budget deficit averaged at 3.2% of GDP in 2004-12”, “from 2013, a continuing improvement in the budgetary situation took place”, tant li l-Kummissjoni tgħid li l-Gvern laħaq il-miri fiskali “three years ahead of schedule”.

U filwaqt li Casa ried li l-Kummissjoni Ewropea tgħid li f’Malta s-saltna tad-dritt hi mhedda, aġenzija internazzjonali Fitch qalet fl-aħħar ġimgħat li f’pajjiżna “governance indicators are also high, reflecting the strong rule of law and government effectiveness”.

Dwar DCG tkellmu differenti

Fl-aħħar ġimgħat entitajiet Ewropej tkellmu dwar dak li semma David Casa. Iżda, anke dawn kellhom konklużjoni differenti minn dik li kellu hu fid-domanda tiegħu.

Il-Kummissjoni Ewropea tkellmet fid-dettall dwar is-sehem attiv ta’ organizzazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea fl-investigazzjoni tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Din id-darba kien Membru tal-Parlament Ewropew Taljan li staqsa dwar hekk u l-Kummissarju Dimtris Avramopoulos tah tweġiba dettaljata. Fost oħrajn għamilhielu ċara li kien fl-istadju l-iktar bikri tal-investigazzjonijiet li l-awtoritajiet Maltin talbu l-assistenza tal-Europol. Saħansitra, żvela l-Kummissarju Ewropew, esperti minn dipartimenti tal-Europol intbagħtu Malta biex jipprovdu assistenza lill-investigaturi Maltin.

“On the spot assistance” sejħilha l-Kummissarju Ewropew li fisser kif dawn l-esperti għenu fil-ġbir u l-ħażna ta’ informazzjoni u kuntatt bejn Malta u pajjiżi membri oħra tal-Unjoni Ewropea għal dik li hi ġbir ta’ informazzjoni. Filwaqt li semma oqsma oħra fejn il-Europol kienet attiva, Avramopoulus għamilha ċara wkoll li l-esperti Ewropej kienu parti mill-operazzjoni Maltija li fl-4 ta’ Diċembru 2017 wasslet għall-arrest ta’ diversi persuni u eventwalment l-akkużi kontra tliet persuni li huma akkużati b’dan il-qtil.

Finalment, il-Kummissjoni Ewropea, ikkonfermat kif kemm il-Europol u l-Eurojust jaħdmu mal-awtoritajiet Maltin dwar numru ta’ investigazzjonijiet oħra.

Il-konferma tas-serjetà li mxew biha l-awtoritajiet Maltin waslet fl-istess ġimgħa li l-Kunsill tal-Ewropa qal li ma kienx hemm ħtieġa ta’ investigazzjoni dwar Malta b’rabta mal-każ Caruana Galizia. Fejn għal darb’oħra l-awtoritajiet Maltin kisbu l-fiduċja ta’ istituzzjonijiet internazzjonali għall-mod kif imxew f’dan il-każ mill-iktar serju.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend