Iktar ħidma mill-Pulizija tal-Belt u mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga, ilbieraħ wasslet għall-arrest ta’ raġel ta’ 18-il sena li jirrisjedi l-Belt.
Wara tfittxija li saret fir-residenza tiegħu, il-Pulizija sabet xi grammi rispettavament ta’ sustanza bajda u kannella suspettata kokaina u eroina u ammont konsiderevoli ta’ droga suspettata ħaxixa tal-kannabis.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr A Vella LL.D, ġie infurmat dwar din is-sejba u ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta li ġiet appuntata filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
Il-ġuvni ser jitressaq b’arrest il-Qorti iktar tard illum.