Emendi li daħlu fis-seħħ fil-liġi dwar kirjiet ta’ postijiet kummerċjali wasslu sabiex negozjanti li qegħdin joperaw in-negozju tagħhom minn post mikri mingħand persuna li kient diġà fil-kera, ser ikunu jistgħu jibqgħu imexxu n-negozju tagħhom mill-istess post kummerċjali għal perjodu ta’ għaxar snin.
Il-Konsulent Legali Dr Nadine Lia qalet li din l-estensjoni mhix awtomatika iżda jeħtieġ li ssir talba speċifika lill-Bord tal-Kera:
Din l-emenda qed toħloq protezzjoni ghal sub inkwilin li genwinament qed jopera mill-post u l istess hin l iskop huw li tohrog bilanc bejn is-sid u l-inkwilin. Ha jkun hemm l opportunita li s sub inkwilin sal ahhar ta mejju ta din is sena jista jaghmel applikazzjoni permezz ta rikors fejn jitlob biex ikun jista jibqa kkunsidrat biex ikun jista jiġġustixxi.
Fl-2009 kienu saru emendi fil-liġi tal-kera fejn il-gvern ta’ dak iż-żmien, ħa pożizzjoni li kull min hu sub inkwilin seta’ jibqa’ jopera sa Mejju tal-2018.
Dr Lia spjegat kif permezz ta’ dawn l-emendi, ser isiru l-bidliet kollha meħtieġa tal-kundizzjonijiet bejn is-sid u s-sub inkwilin, u fl-istess waqt dan tal-aħħar ikun jista’ jgawdi minn protezzjoni:
B hekk ikunu nista nissalvawardjaw u nipprotegu lis sub inkwilini li kienu ser isibu ruhhom barra fit-triq, imma fl-istess hin naghtu opportunita’ li anke s sid u l inkwilin inkunu jistaw jerga jsir revizjoni ta’ dawn il-kundizzjonijiet.
L-għan ewlieni wara dawn l-emendi kien sabiex ikunu ssalvagwardjati n-negozji li huma s-sors prinċipali minn fejn is-sidien tan-negozji flimkien mal-impjegati tagħhom jaqilgħu l-għajxien tagħhom u fl-istess waqt, jittieħed kont xieraq ukoll tad-drittijiet tal-proprjetarji u tal-persuni li għandhom drittijiet iġra ta’ pussess tal-proprjetajiet in kwistjoni.