Awtorità ġdida li se ttejjeb il-ħarsien soċjali | One News

Notifiki

Awtorità ġdida li se ttejjeb il-ħarsien soċjali

Awtorità ġdida ta’ standards ta’ ħarsien soċjali se jkun qed twassal għat-tfassil ta’ standards uffiċjali u li jistgħu ikejlu l-kwalità tas-servizz offrut.

Dan hekk kif sa issa , kien hem nuqqas ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni minn lenti professjonali fuq is-servizzi li huma offruti.

One News tkellem ma’ konsulent għall-Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali, Matthew Vella li qalilna kif din l-awtorità se jkollha l-irwol li tagħti, tirrifjuta, tissospendi jew tirrevoka liċenzja biex ikun operat servizz għal wens soċjali skont il-kriterji stabbiliti.

Dawn l-istandards se jkunu qed joffru linji gwida biex dawk kollha li joffru servizzi f’dan il-qasam joffru servizz tal-istess livell.  Dan kollu bil-għan li dawk kollha li joffru s-servizz jingħataw l-aqwa servizz possibli. Wieħed li jirrispetta il-jeddijiet u d-dinjità tagħhom.

 

Fl-aħħar mill-aħħar, din l-awtoritá se tkun qed tgħati leħen lil kull min juża s-servizzi biex l-istandards f’dan il-qasam ikunu jirriflettu l-bżonnijiet ta’ min jużahom.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend