Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku li, wara informazzjoni li rċieva dan id-Direttorat mingħand il-kumpanija involuta u iktar tard anke permezz tas-Sistema ta’ Twissija Rapida għall-Ikel u l-Għalf (Rapid Alert System for Food and Feed), l-imsemmi prodott m’għandux jiġi kkunsmat minħabba l-possibbilità li l-flixkun jista’ jinkiser meta jkun qiegħed jinfetaħ bil-konsegwenza li jaqa’ l-ħġieġ fil-prodott.
Deskrizzjoni tal-prodott: Birra
Ditta: Stella Artois
Volum: 33cl
Dati tad-Durabbilità: 20/2/18;
Oriġini: Belġju
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq mhi@gov.mt.
Il-pubbliku jista’ wkoll jirrikorri personalment fl-uffiċċju tal-istess Direttorat li jinsab ġewwa Continental Business Centre, Old Railway Track, Santa Venera.