Sliemiża tinżamm arrestata fuq traffikar tad-droga | One News

Notifiki

Sliemiża tinżamm arrestata fuq traffikar tad-droga

Sabrina Grech ta’ sebgħa u għoxrin sena minn Tas-Sliema ma ngħatatx il-ħelsien mill-arrest wara li ġiet akkużata bi traffikar tad-droga f’numru ta’ lokalitajiet.

Hija ġiet akkużata li ttraffikat u kellha fil-pussess tagħha d-droga kokaina, eroina u kannabis fil-ġurnata tal-ewwel t’April u fix-xhur ta’ qabel.

Quddiem il-maġistrata Donatella Frendo Dimech, l-akkużata dehret nervuża u bid-dmugħ f’għajnejha.  Filwaqt li saħħqet l-innoċenza tagħha hija qalet li tinsab bla xogħol.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend