ARA: Imut l-anzjan ta' 95 sena involut fl-inċident fi Triq l-Imdina | One News

Notifiki

ARA: Imut l-anzjan ta’ 95 sena involut fl-inċident fi Triq l-Imdina

Imut l-anzjan ta’ 95 sena li  kien involut f’inċident tat-traffiku aktar kmieni. L-anzjan nħareġ mill-vettura tat-tip Toyota Yaris wara li għal xi raġuni tilef il kontroll u daħal f siġra. Sfortunatament, tilef ħajtu ftit ilu.

L-inċident seħħ fejn id-dwalijiet tat-traffiku fid-daħla ta’ Ta’ Qali li wassal biex l-anzjan indarab serjament.

Issejħet l-ambulanza fuq il-post.

ONE News jinsab infurmat li l-inċident seħħ għall-ħabta tal-4.00pm fi Triq l-Imdina fejn bħalissa nħolqot ukoll konġestjoni tat-traffiku.

Aktar dettalji malli jaslulna.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend