Ħabs għal raġel li uża passaport ta' sieħbu | One News

Notifiki

Ħabs għal raġel li uża passaport ta’ sieħbu

Amadou Keita, ta’ tletin sena mill-Mali ġie kkundanna xahrejn ħabs wara li nstab ħati li uża passaport ta’ sieħbu biex iżur Malta u jkun jista’ jġedded id-dokumenti ta’ identifikazzjoni Taljana.

Keita, ammetta l-akkużi miġjuba kontrieh filwaqt li saħaq li kien ilu biex iġedded d-dokumenti tiegħu.  Il-maġistrat Donatella Frendo Dimech ma ħallietx dan jimpressjonaha u qalet li jidher ċar li ż-żmien li għamel il-ħabs l-istess akkużat fuq akkużi separati ma kkonvinċewhx biex jobdi l-liġi.

Dan filwaqt li saħqet li s-sigurtà tal-gżira hija parti mill-obbligazzjonijiet tal-istat lejn iċ-ċittadini u għalhekk l-qorti ma tista’ qatt tittollera dawn l-azzjonijiet.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend