F’avviż mid-Direttorat għas-saħħa ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika informa li skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, l-imsemmi prodott m’għandux jiġi kkunsmat minħabba l-possibbiltà ta’ preżenza ta’ moffa. Dan wara informazzjoni li rċieva dan id-Direttorat permezz tas-Sistema ta’ Twissija Rapida għall-Ikel u l-Għalf (Rapid Alert System for Food and Feed).
Isem tal-Prodott: Dried Brushtooth Lizardfish
Ditta: Mother Africa – True Taste of Africa
Data tad-Durabbilita`: Best Before 25/09/2019
Użin: 200g
Lott: VN/173/IV/016
Il-Kumpanija involuta ddikjarat li parti mill-konsenja laħqet inbiegħet, għaldaqstant id-Direttorat huwa obbligat li jiġbed l-attenzjoni tal-pubbliku.
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq mhi@gov.mt. Il-pubbliku jista’ wkoll jirrikorri personalment fl-uffiċċju tal-istess Direttorat li jinsab ġewwa Continental Business Centre, Old Railway Track, Santa Venera.