Siġra kbira taqa' fil-Wied ta' Birkirkara | One News

Notifiki

Siġra kbira taqa’ fil-Wied ta’ Birkirkara

Siġra kbira waqgħet fil-Wied ta’ Birkirkara. Il-każ ġara għall-ħabta tal-11.00 ta’ filgħodu.

Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.

It-triq tinsab magħluqa minħabba li l-membri tal-protezzjoni ċivili ssejħu biex ineħħu kull tip ta’ periklu.

Jidher li s-siġra li fiha kobor mhux ħażin, serrħet mal-ħitan tal-faċċata.

Aktar dettalji malli jaslulna.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend