ARA: Jissammru fil-Filippini – tradizzjonijiet differenti minn pajjiż għall-ieħor – One News

Notifiki

ARA: Jissammru fil-Filippini – tradizzjonijiet differenti minn pajjiż għall-ieħor

Il-festa tal-Ġimgħa l-Kbira tkun imfakkra f’pajjiżi differenti li kollha għandhom tradizzjonijiet u kulturi differenti.

Fit-toroq tal-Filippini, diversi persuni jsawtu lillhom infushom u biex iżidu d-dmija huma jużaw xfafar. Wara ssir purċissjoni, fejn persuna tirrapreżenta lil Ġesù, iġorr salib matul il-korsija tal-purċissjoni u wara tkun imsallba.

Dan issir bħala grazzja lil Alla ta’ kull ma’ għamel magħhom u biex ipattu għad-dnubiet tagħhom għax hu żmien ta’ sagrifiċċju.

Din it-tradizzjoni hija kkundannata mil-mexxejja reliġjuża għax hija skoraġġata minn uffiċjali mediċi. Fuq il-post ikun hemm diversi persuni mediċi sabiex jagħtu l-ewwel għajnuna lid-devoti.

F’Manila, il-Belt Kapitali tal-Filippini, iċ-ċelebrazzjoni tkun waħda dinjituża, fejn ikun hemm pelleġġrinaġġ ta’ erbatax-il stazzjon li jfakkar il-Passjoni ta’ Kristu.

F’Ruma, f’jum il-Ġimgħa l-Kbira ssir il-Via Crucis li ssir ħdejn il-Kolossew li tkun immexxija mil-Papa Franġisku. Il-Papa u l-eluf ta’ nies li jinġabru għal din iċ-ċelebrazzjoni jimxu l-erbatax-il stazzjon li jfakkar il-mixja ta’ Ġesu’ sal-mewt tas-salib.

Din il-Via Crucis hija waħda mill-aktar popolari għaliex din tkun immexxija mill-Papa, purċissjoni li ilha ssir mit-tmintax-il seklu fit-tmexxija ta’ Papa Beneditu Erbatax, imbagħad waqfet għal perjodu ta’ żmien u reġgħet ingħatat il-ħajja taħt Papa Pawlu Sitta, fl-1964. Din is-sena, it-talb se ssir minn grupp ta’ żgħażagħ immexxija mill-Professur Andrea Monda.


Filwaqt li fi Spanja, iċ-ċelebrazzjonijiet immorru lil hinn mill-ġurnata tal-Ġimgħa l-Kbira għaliex minn Ħadd il-Palm sal-għada ta’ Ħadd il-Għid. F’din il-ġimgħa li tissejjaħ Semana Santa jsiru purċissjonijiet penitenzjali. F’dawn il-purċissjonijiet penitenzjali jkun hemm is-sehem ta’ diversi fraternitajiet, bl-użu tal-istatwi li huma magħmula mill-injam.

L-iktar purċissjonijiet spettakulari jsiru fir-reġjuni ta’ Seville u Malaga. F’Seville, fis-sbieħ il-jum, il-ġemgħa tingħaqad flimkien quddiem il-Katidral fejn tfakkar il-ġrajja minn meta Ġesu’ deher quddiem Pilatu sal-kurċifissjoni tas-salib fuq il-Golgota. F’Malaga, issir purċissjoni fejn jindaqqu diversi mużika reliġjużu, b’rabta mat-tema tal-Ġimgħa l-Kbira.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend