BIL-FILMAT: Iżjed minn 10,000 jitilqu mill-Mellieħa b’riżq Puttinu Cares – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Iżjed minn 10,000 jitilqu mill-Mellieħa b’riżq Puttinu Cares

Għal sena oħra eluf ta persuni ta’ kull età laqgħu s-sejħa ta’ Puttinu u attendew għall-mixja mill-Mellieħa sal-Isla.

Din is-sena l-mixja telqet mill-pjazza tal-Mellieħa fin-nofs siegħa tal-ġimgħa filgħodu u n-nies bdew jaslu l-Isla ftit wara t-tokki tal-ħamsa ta’ filgħodu.

Attendew madwar 10,000 ruħ u nġabru ‘l fuq minn 80,000 ewro.

Din il-mixja li issa tinsab fil-15-il sena tagħha, evolviet minn mixja ta’ ftit għexieren ta’ persuni, għal mixja li jattendu għaliha l-eluf, għal għan nobbli b’risq Puttinu Cares.

Filmat: Gareth Degiorgio

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend