F’dawn il-jiem tal-Gimgha Mqaddsa l-istazzjonijiet ONE permezz tat-televizzjoni u r-radju ikunu ghaddejjijn diversi xoghlijiet marbuta mal-iskeda tal-Gimgha Mqaddsa. F’Jum il-Ġimgħa l-Kbira se jkun qed isir programm ta’ diskussjoni dwar ir-restawr tar-Redentur tal-Isla u t-tbatijiet f’ħajjitna, fis-siegħa ta’ wara nofsinhar fuq One Radio 92.7 . Bis-sehem ta’ Dun Jonathan Farrugia u Valentina Lupo u bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Anton Falzon.
Apparti minn hekk l-istazzjonijiet ONE se jkunu qed ixandru Xandira Diretta mill-Knisja Arcimatrici u Arċipretali ta’ San Ġorġ Martri, Ħal Qormi. Xandira li tibda fit-15:00 bil-Funzjoni tal-Adorazzjoni tas-Salib u ssegwi wara l-Purċissjoni bil-Vari tal-Ġimgha l-Kbira.
Nhar il-Ħadd li ġej, mill-Parroċċa ta’ Sant’ Andrija f’Ħal Luqa, mit-8:15AM ‘l quddiem ONE se jkun qed ixxandar il-Quddiesa Solenni ta’ Ħadd il-Għid u l-Purċissjoni li se tkun qed issir għall-ewwel darba fil-lokalita’ ta’ Ħal Luqa. Waqt l-istess Xandira se tkun qed tiġi imbierka u inawgurata statwa ġdida ta’ Kristu Rxoxt, xogħol fl-injam mill-iskulturi Michael u Adonai Camilleri Cauchi.