L-atleta Franċiż li jispeċjalizza f’nofs maratoni, Wilfred Palcy, għażel li jappoġġja l-Fondazzjoni LifeCycle (Malta) għal nhar is-Sibt li ġej 31 ta’ Marzu 2018, meta fit-8.30am se jiġri l-edizzjoni tiegħu ta’ Malta fiż-Żurrieq.
Hu se jingħaqad ma’ atleti miż-Żurrieq Wolves Athletic Club u atleti oħra minn diversi klabbs f’Malta għall-ġirja ta’ nofs maratona. Tluq ikun mill-pjazza tal-knisja parrokkjali taż-Żurrieq.
L-edizzjoni Running1000+ Malta, li għandha l-appoġġ ta’ Holiday Inn Express, se tgħaddi mill-Qrendi, l-Imqabba, Ħal Kirkop, Ħal Safi, Ħal Far u tmur lura lejn iż-Żurrieq. Grupp ta’ ċiklisti minn LifeCycle se jakkumpanjaw lill-atleti. Ċiklisti oħra huma mistiedna biex jieħdu sehem.
Id-donazzjonijiet li Palcy se jiġbor se jmorru għall-fondi ta’ permezz tal-Fondazzjoni LifeCycle biex tkompli tgħin pazjenti Maltin li jbatu bil-kliewi.
Kull persuna tista’ tagħti d-donazzjonin tagħha permezz ta’ sms fuq in-numru 5061 7370 għal €2.33; 5061 8920 għal €6.99; 5061 9229 għal €11.65; jew inkella ċċempel 5160 2020 għal għotja ta’ €10, 5170 2005 għal €15; u 5180 2006 għal €25. Id-dettalji tal-Bank huma: Kodiċi tas-Swift VALLMTMT, Numru tal-IBAN: MT 18 VALL 22013000000014814521017, tal-Bank of Valletta, Numru tal-Kont 14814521017.