Via Dolorosa f'Palazz Narbona f'Ħal Qormi | One News

Notifiki

Via Dolorosa f’Palazz Narbona f’Ħal Qormi

F’dawn il-jiem, il-Palazz Narbona; is-Sede tas-Soċjetà Filarmonika Pinto jilbes il-libsa tal-Ġimgħa Mqaddsa permezz  tal-wirja artistika  ‘Via Dolorosa’. Din il-wirja ser tkun miftuħa għall-pubbliku mill-Ħadd 25 ta’ Marzu sal-Ġimgħa 30 ta’ Marzu, fejn wieħed jista jara:

• Żewg vari li huma parti mis-sett il-ġdid tas-Seba’ Duluri ta’ Marija, li jirrappreżentaw il-ħames Dulur ‘Il-Kruċifissjoni ta’ Sidna Ġesu Kristu’ u s-sit Dulur ‘Marija tircievi l-Ġisem Mejjet ta’ Binha Gesu’,  xogħol l-artist Pawlu Aquilina u Xandru Mallia magħruf bħala l-Lhudi.

• Ċenaklu life size fuq stil Lhudi, xogħol l-artist Qormi Stephen Borg

• Diversi settijiet varji ta’ vari tal-Ġimgħa Mqaddsa

• Vestwarju propjeta ta’ diversi Partitarji Qriema Bastjaniżi li jintlibes fil-Purcissjoni tal- Ġimgħa l-Kbira f’Ħal Luqa.

• Sepulkru

Il-wirja hija organizzata mill-Kummissjoni Kultura fi ħdan Is-Soċjetà  Filarmonika Pinto  Banda San Sebastjan u l-Kummissjoni Żgħażagħ Bastjaniżi.

Ħinjiet tal-ftuħ;

Fost il-Ġimgħa – mill-5:00pm sad-9:00pm
Ħamis ix-Xirka – mill-10:00am sa 12:00pm u mill-5:00pm sa 12:00am
Ġimgħa l-Kbira – mid-9:00am sa 12:00pm

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend