Oliver Friggieri huwa "persuna tal-istat" – il-PM | One News

Notifiki

Oliver Friggieri huwa ”persuna tal-istat” – il-PM

Wara ħajja mimlija kitba u ħidma letterarja f’pajjiżna, l-awtur prolifiku u kritiku tal-letteratura Maltija, il-Professur Oliver Friġġieri qed ikompli jkun rikonoxxut għall-ħidma tiegħu.

Din id-darba mill-Prim Ministru Joseph Muscat waqt ċelebrazzjoni f’Kastilja.

Wara li fi tmiem il-ġimgħa il-Professur Oliver Friġġieri ngħata unur għall-karriera artistika tiegħu mill-Kunsill Malti għall-arti, huwa ġie rikonoxxut mill-prim ministru Joseph Muscat għall-ħidma kbira tiegħu.

Dan hekk kif Friġġieri tul ħajtu ħalla legat ta’ ħidma letterarja kbira li żgur mhux forsi se tibqa’ titgawda.

F’ċelebrazzjoni f’kastilja fejn ġew interpretati bosta xogħlijiet tiegħu , il-Prim Ministru Joseph Muscat  qal li Oliver Friġġieri mhux biss huwa persuna importanti minħabba l-kitba tiegħu iżda wkoll għax kull meta daħal f’dibattitu pubbliku dejjem għamel dan b’mod rett u meqjus.  Huwa kompla billi sostna li Friġġieri huwa ‘persuna tal-istat’ u li huwa wieħed mill-kapijiet ta’ stat mhux uffiċjali ta’ pajjiżna.

Għal dawn ir-rikonoxximenti, il-Professuri Friġġieri qal li dan juri kemm l-awtur dejjem hu mismugħ mill-Maltin.

Inħoss li ma …niktibx għal xejn.  Jiena ngħidha aktar biex inqawwi qalb sħabi l-kittieba milli biex niftaħar għax mhux xi ħaġa li tiftaħar biha.  Pero jien konvint li ma tiktibx għal xejn.  Kemm vis a vis mexxejja tal-pajjiż…għax jaqraw.  Naf li jaqraw.  Minn dak li jingħad fil-pubbliku. … Kull kelma li tinkiteb b’serjetà, b’kompetenza u rieda tajba, tħalli effett anke wara ħafna snin.

Kif qal il-prim ministru Joseph Muscat, wieħed jista’ juża l-metafora tal-fjur u l-botanika li tant huma għall-qalb Oliver Friġġieri, anke f’dan il-każ.  Għax jekk il-poplu Malti huwa l-petali, Friġġieri żgur mhux forsi huwa l-ilma li jsaqqina.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend