Kont taf li Bieb il-Bombi… – One News

Notifiki

Kont taf li Bieb il-Bombi…

Porte des Bombes bil-Malti magħruf bħala Bieb il-Bombi, oriġinarjament kien imsejjaħ Porta dei Cannoni.

Dan huwa bieb ornamentali fil-Foriana, f’forma ta’ żewġ arkati.

Oriġinarjament inbena fl-1721 bħala bieb qabel il-linji difensivi tal-Floriana, li mbagħad kien imkabbar bil-bini tat-tieni  fl-1868.

Ritratt: Bieb il-Bombi qabel u llum

Maż-żmien ġew imwaqqa l-ġnub tal-bieb, u tħallew iż-żewġ arkati li naraw illum bħala ark trijonfali; l-iskop għaliex sar kien biex ifakkar rebħiet tal-kavallieri.

Punt interessanti huma l-bombi li nsibu fit-truf li ftit forsi jindunaw bihom; propju minħabba fihom sal-lum għadu magħruf bħala Bieb il-Bombi.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend