Kok Malti jirbaħ kompetizzjoni prestiġġjuża | One News

Notifiki

Kok Malti jirbaħ kompetizzjoni prestiġġjuża

Martin Carabott kok f’ristorant f’Piccadilly Londra rebaħ ir-Roux Scholarship għas-sena 2018.

Carabott ta’ 29 sena mexa fuq il-passi ta’ kollega tiegħu Luke Sleby, kok ieħor fl-istess ristorant. Hu kkompeta fil-finali għat-tielet darba u rebaħ lil ħames kandidati oħra f’kompetizzjoni iebsa.

Il-kompetizzjoni saret fil-kulleġġ Westminster Kingsway f’Londra.

Il-kokijiet kellhom isajru varjetà ta’ platti mhux tas-soltu.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend