Ara u Isma': Iċ-ċuqlajta – tinstema' f'Ħamis ix-Xirka | One News

Notifiki

Ara u Isma’: Iċ-ċuqlajta – tinstema’ f’Ħamis ix-Xirka

Min jaf kemm hawn min iħobbha u min forsi le għaliex tqabbdu d-dieqa. U propju dak huwa l-iskop tagħha; li tfakkar fid-dieqa li ħass Ġesù Kristu.

Xogħolha huwa l-kontra tal-qniepen; il-qniepen ifakkru l-ferħ u ċ-ċuqlajta tfakkar in-niket li għadda minnu Ġesù Kristu…Kien eżatt waqt it-talb tiegħu fil-Ġnien tal-Ġetsemani, li talab lil Alla biex ibiegħed minnu l-kalċi tal-imrar.

Eżatt waqt iċ-ċerimonja simbolika tal-ħasil tas-saqajn, propju waqt is-Santu tindaqq l-ewwel darba ċ-ċuqlajta li tibqa’ tindaqq waqt il-Ġimgħa l-Kbira u anke f’Sibt il-Għid sakemm jindaqqu l-qniepen fil-glorja għall-ħabta tat-8.00pm.

Għadek issib iċ-ċuqlajta fiż-Żejtun (li qed tidher fil-filmat), fil-Mosta, fin-Naxxar u fi ftit irħula oħra. Sfortunatament hemm parroċċi li m’għadhomx jużawha.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend