It-tieni ċans – dramm soċjali f'April li ġej | One News

Notifiki

It-tieni ċans – dramm soċjali f’April li ġej

It-tieni ċans huwa dramm soċjali fejn l-istorja ddur mal-familja Demanuele. Din il-familja tikkonsisti f’erba’ persuni li huma Martin il-missier u Maġistrat, l-omm Marisa u ż-żewġt itfal tagħhom Rosette u Jean.

Fil-bidu tad-dramm naraw lil Martin jiċċelebra mal-familja, l-irtirar tiegħu mix-xogħol ta’ maġistrat. Pero fl-aħħar jum ta’ hidmietu, jitfaċċa quddiemu każ interessanti ħafna.

X’kienet l-istorja ta’ dan il-każ u min kienu l-persuni nvoluti? Rosette tgħid lil ommha Marisa li qiegħda toħroġ ma’ Reuben u li tixtieq tlaqqgħu mal-familja. Marisa tkellem lil Martin u jiddeċiedu li jagħmlu ikla. Marisa li dejjem iddedikat ħajjitha kollha għal familja tinsab ferm għajjiena bit-taħbit li qed jinqala speċjalment bit-tifel Jean li jinsab f’siġġu tar-roti.

Jean twieled b’diżabbiltà jew sforz ta’ xi inċident spiċċa hekk? Martin u Marisa jiddeċiedu li jimpjegaw careworker biex jieħu ħsieb lil binhom u jitfaċċa Robert. Martin mill-ewwel ma jiħux grazzja miegħu. Għaliex?

Nistednukom tingħaqdu magħna għal dan id-dramm soċjali fuq kitba u direzzjoni ta’ Sonic-j Aquilina nhar is-Sibt 28 ta’ April fis-6:30pm u l-Hadd 29 ta’ April fl-4.00pm fit-Teatru Dun Mikiel Xerri, Ħaż-Żebbug.

Jieħdu Sehem: Sandro Vella, Marisa Calleja Zahra, Joelyne Scerri, Sonic-j Aquilina, Michael Stivala, Johnpaul Vella, Franky Borg u Susanne Calleja.

Għall-biljetti tistgħu ċċemplu fuq 79337273 jew inkella ħallu messaġġ fil-paġna tal-facebook bl-isem ACTion Productions.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend