Imħabbra r-raba’ edizzjoni tal-Gozo Sports Awards – One News

Notifiki

Imħabbra r-raba’ edizzjoni tal-Gozo Sports Awards

 

Għar-raba’ sena konsekuttiva l-Gozo Sports Board se jorganizza l-Gozo Sports Awards. Dawn l-awards jingħataw biex ikun hemm apprezzament denju u xieraq lil dawk li jaħdmu biex jaslu fejn jixtiequ u anke lil dawk li jgħinu biex iwasslu lil ħaddieħor għas-suċċess.

Kulħadd hu rebbieħ fih innifsu għax li tirbaħ il-ħin liberu tiegħek diġà jfisser li int rebbieħ. L-isport iżda hu kompetittiv ukoll u dak li jkun l-aħjar fost kulħadd jiġi ppremjat kif xieraq mill-isportivi.

Waqt it-tnedija tal-awards, il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana ferħet lill-finalisti u rringrazzjat lil dawk li jikkontribwixxu biex l-isports f’Għawdex jitkattar. Ġeneralment dawn huma n-nies ta’ wara l-kwinti li b’tant dedikazzjoni u b’sagrifiċċju personali jaħdmu bla heda biex id-dixxiplina sportiva rispettiva tibqa’ tissaħħaħ. Il-Ministru Caruana faħħret id-dedikazzjoni ta’ żewġ atleti Għawdxin li qed juru impenn kbir lejn l-isports li jipprattikaw. Dawn huma Marlon Attard li se jirrappreżenta lil pajjiżna fil-logħob tal-Commonwealth u  Charlton Debono, atleta li se jirrappreżenta lil Malta fil-maratona ta’ Valencia fi Spanja.

Il-Ministru Caruana wegħdet l-impenn massimu tal-Ministeru għal Għawdex biex il-faċilitajiet eżistenti jitjiebu filwaqt li jinbnew oħrajn ġodda hekk kif imwiegħed fil-manifest elettorali.

Il-finali ta’ dan l-avveniment se jsir nhar il-Ġimgħa, 20 ta’ April 2018 taħt il-patroċinju tal-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend