Casino Notabile Mdina b'ikonografija matul il-Ġimgħa Mqaddsa | One News

Notifiki

Casino Notabile Mdina b’ikonografija matul il-Ġimgħa Mqaddsa

Wirja interessanti u mhux tas-soltu se tkun qed issir bejn il-Ħadd 25 ta’ Marzu u l-1 ta’ April 2018 fil-Casino Notabile Mdina li jinsab fit-telgħa tas-Saqajja mill-artist Nathanael Theuma.

Theuma twieled il-Ħamrun u pperfezzjona l-passjoni artistika tiegħu fl-Akkademja tal-arti f’Verona.

Ix-xogħolijiet artistiċi tiegħu jinsabu f’bosta knejjes u monasteri barra minn Malta fosthom fl-Italja, il-Greċja u fl-Israel.

F’Malta issib xogħol Theuma fl-Oratorju MSSP f’Birkirkara u fil parroċċa tal-Qawra.

L-espressjoni artistika tiegħu tifli l-ikonografija klassika u antika u minnha qed tipprova toħroġ għamla ġdida li tgħaqqad il-qadim mal-ġdid; it-tradizzjoni mal-ispirazzjoni personali, il-ħarsa orjentali ma’ dik oċċidentali.

Nathanael Theuma jisħaq li jinsab f’mixja ta’ skoperta umana , spiritwali u artistika.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend