Wirja ta' Vari tal-Ġimgħa Mqaddsa f'Santa Venera | One News

Notifiki

Wirja ta’ Vari tal-Ġimgħa Mqaddsa f’Santa Venera

Hora Christi – Wirja ta’ Vari tal-Ġimgħa Mqaddsa ​li​ ilha tiġi organizzata​ ​mill-2013, mill-aħwa Edmond u Adrian Sciberras​,​​​ qed terġa’ tittella’ fi Triq il-Kbira San Ġużepp​, Santa Venera​​.

Din il-wirja tikkonsisti f’żewġ settijiet ta’ ​s​tatwi​. Wieħed ​hekk imsejjaħ t​radizzjonali li fieh insibu 8 ​​statwi maħdum​a​ fil-kartapesta ​​mill-artist Renzo Gauci, kif ukoll monument (sodda ta’ Kristu mejjet) skulturat fl-injam mill-iskultur Edmond Sciberras. Dan is-sett huwa wkoll komplut bil-bradelli, brazzi u simboli skulturati fl-injam.

Is-sett l-ieħor huwa sett oriġinali maħdum fit-tafal mill-artist Johnny Massa. Dan is-sett huwa kompost minn 10 statwi ​li ​hu​m​a kemmxejn differenti mi​nn tas-sett l​-ieħor ​kemm minn numru ta’ ​stazzjoni​jiet​ li nsibu fie​h​ ​u kif ukoll mill-movimenti tal-personaġġi​.
Dawn iz-zewġ settijiet huma wkoll kompluti bil-bandalori tal-aħħar 7 ​K​elmiet ta’ Kristu kif ukoll xogħol ieħor ta’ rakkmu u skultura. Barra minn hekk f’din il-wirja wieħed għandu jsib diversi oġġetti ​marbutin ma’ dan iż-żmien fosthom sezzjoni ​gdida​ ddedikata lil Ġesu Nazzarenu​.​
Id-dati u l-ħinijiet tal-​ftuh tal-wirja ​huma ​kif ​indikat fil-poster.
Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend