Jessica Micallef se tkun qed tingħata l-aħħar tislima għada.
Dan hekk kif il-funeral tagħha se jkun qed isir għada fil-Knisja ta’ San Pawl fir-Rabat fis-14:00 ta’ wara nofsinhar. Kien proprju t-Tnejn li għadda li Jessica, tfajla Rabtija ta’ 22 sena, tilfet ħajjita f’Binġemma wara li allegatament qabżet minn vettura misjuqa minn ġuvni ta’ 24 sena.
Jessica kienet meqjusa bħala tfajla maħbuba minn bosta għall-karattru mill-isbaħ li kellha u l-qalb tad-deheb li kellha. Għal dawn l-aħħar tliet snin hi kienet voluntiera mas-St. John Rescue Corps fejn f’messaġġ fuq Facebook huma sostnew ” Se nibqgħu niftakruk għad-dedikazzjoni tiegħek lejn kawża ġusta, għall-qalb twajba li kellek u għat-tbissima sabiħa.”