Għadd ta’ purċissjonijiet tad-Duluri f’diversi lokalitajiet ġew imħassra kawża tal-maltemp li ħakem lill-gżejjer Maltin.
Fost il-purċisjonijiet milquta nsibu dik tal-Belt Valletta li kienet se titmexxa mill-Arċisqof Charles Sicluna.
Il-purcissjoni bl-istatwa tad-Duluri mill-Knisja Ta’ Ġieżu, il-Belt Valletta, ser issir nhar il-Ħadd li ġej, fis-6pm. Il-purċissjoni ser titmexxa mill-Arċisqof.
L-Arċisqof Charles Scicluna se jikkonċelebra quddiesa fis-6.15pm fil-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù.
Fost dawk milquta hemm ir-Rabat, is-Siġġiewi, il-Mosta, in-Naxxar, Birgu, Fgura, Ħal Qormi – b’uħud miċ-ċelebrazzjonijiet qed ikunu ċċelebrati fuq ġewwa tal-Knisja.