Il-Ministeru għall-Ambjent u Żvilupp Sostenibbli beda il-proċess ta’ preparazzjoni għal studju ta’ livell għoli sabiex jiġi evalwat l-impatt li jista jħalli tisqief fuq part minn Triq Reġjonali f’Santa Venera speċifikament fiż-żona ta’ Triq Brighella. Permezz ta’ hekk iż-żona tkun tista’ tgawdi minn arja iktar nadifa fil-biċċa ta’ fuq tat-triq. Barra minn hekk ukoll il-proġett ta’ tisqief għandu jillimita ukoll il-ħoss tat-traffiku fil-biċċa ta’ isfel tat-triq.
Il-proċess ta’ evalwar ser ikun qed jinkludi ukoll introduzzjoni ta’ infrastruttura ambjentali bħal siġar sabiex ittaffu l-effetti tal-urbanizzazzjoni fiż-żona.
Il-Ministru Jose Herrera tenna kif għal snin twal ir-residenti ta’ Santa Venera ħabbtu wiċċhom mal-problemi ta’ ħoss eċċessiv u arja maħmuġa li jġibu miegħu dan il-fenomenu.