Ġuvni ta' 29 sena jintbagħat il-ħabs wara li kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest | One News

Notifiki

Ġuvni ta’ 29 sena jintbagħat il-ħabs wara li kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest

Raġel ta’ 29 sena intbagħat fil-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin wara li tressaq il-Qorti akkużat li kiser il-kundizzjonijiet għall-ħelsien mill-arrest mgħotija lilu f’każ separat u li għalih tressaq il-Qorti f’Awwissu tas-sena li għaddiet.

Mohamed Al Khelfawi naqas milli jmur jiffirma fl-Għassa ta’ Birkirkara kif kien ġie ordnat lilu mill-Qorti.  Dan in-nuqqas ġie nnotat għal diversi drabi fejn saħansitra wassal sabiex il-pulizija marret tfixtu fil-post fejn kien għamel żmien jirresjedi fid-Dar Papa Franġisku f’Birkirkara; madanakollu kien kollu ta’ xejn għal fatt li l-imputat kien ilu telaq mill-imsemmi post.

Il-pulizija rnexxiela ssib lill-imputat wara li fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet kellu argument mal-ex sieħba tiegħu f’Għawdex bil-konsegwenza li spiċċa arrestat mill-pulizija ta’ Għawdex stess.

Ir-raġel  kien rapreżentat minn avukat tal-għajnuna legali wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih u talab għall-ħelsien mill-arrest.  Dwar dan, il-Qorti ma laqgħetx it-talba tad-difiża dan hekk kif hija ma kienitx konvinta li l-imputat ser jidher għas-seduti li ser jiġu ffissati fiż-żmein li ġej.  Għaldaqstant, il-qorti talbet lid-Direttur tal-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin sabiex l-imputat jingħata l-għajnuna kollha meħtieġa.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend