"Aħna li konna miegħu" – Musical bl-esperjenza ta' dawk li raw il-passjoni ta' Ġesu | One News

Notifiki

“Aħna li konna miegħu” – Musical bl-esperjenza ta’ dawk li raw il-passjoni ta’ Ġesu

Ilkoll nafu kif kienet il-passjoni ta’ Ġesù, imma kif għexu dawk il-mumenti nies bħall-Madonna, Pilatu, San Ġwann, u s-suldat li sawtu?

Fil-musical ‘Aħna li konna miegħu’ imtella’ miż-żgħażagħ Franġiskani, dawn il-karattri u oħrajn jirrakkontaw l-esperjenzi tagħhom ta’ Ġesù: kif  għexu l-passjoni, u kif iben Alla bidlilhom ħajjithom.

Fil-musical b’kitba ta’ Patri Joseph Magro, ma jonqosx messaġġ għalina għal-lum il-ġurnata, b’kor tat-tfal, żfin, u projezzjonijiet b’filmati adattati għal kull xena.

Dan il-musical b’differenza se jsir nhar l-Erbgħa 28 ta’ Marzu 2018 fis-7.30pm fil-Knisja ta’ San Franġisk, fil-Ħamrun, u d-dħul huwa b’xejn.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend