Iż-żagħżugħ ta’ 24 sena, Zack Meli, se jkun qed jingħata l-aħħar tislima nhar l-24 ta’ Marzu fil-Knisja tal-Ibraġġ.Ħabbret dan oħt Zack permezz ta’ messaġġ fuq Facebook, fejn qalet li l-funeral se jkun qed isir fis-14:00 ta’ wara nofsinhar.
Dan ifisser li l-katavru taż-żagħżugħ ġie rrilaxxat għad-difna hekk kif ġew konklużi t-testijiet tossikoloġiċi li saru sabiex jiddeterminaw il-kawża tal-mewt tiegħu.
Zack tilef ħajtu f’Paceville kmieni filgħodu fil-11 ta’ Marzu.