B’regolamenti li daħlu fis-seħħ f’Jannar li għadda mill-ERA, u li dwarhom qed issir konsultazzjoni, il-lista ta’ speċi nazzjonali żżewqet b’żewġ speċi oħra.Issa b’mod uffiċjali, il-Qabru – il-granċ tal-ilma ħelu li konna naraw fuq il-munita tal-ħames ċentezmi, u l-ħuta magħrufa bħala l-Bużaqq, huma legalment rikonoxxuti bhala speċi nazzjonali.
B’hekk jingħaqdu ma’ speċi oħra nazzjonali: is-siġra tal-Għargħar, Widnet il-Baħar, u l-Merill.
Ir-regolamenti l-ġodda mpogġġija ‘l quddiem mill-ERA jsaħħu l-protezzjoni ta’ dawn l-ispeċi, li huma indiġeni, iġifieri ssibhom f’Malta b’mod naturali u mhux ġew impurtati, u wħud minnhom endemiċi, iġifieri ssibhom f’Malta biss.