Jinqatel is-suspettat tal-attakki bil-bombi f'Austin | One News

Notifiki

Jinqatel is-suspettat tal-attakki bil-bombi f’Austin

Il-media Amerikana qed tirrapporta li nqatel is-suspettat wara erba’ attakki ta’ bombi f’Austin u bomba oħra f’Schertz. Is-suspettat inqatel wara operazzjoni maġġuri tal-pulizija. Fuq il-post hemm diversi membri ‘Federal Bureau of Investigation’ biex jagħmlu l-investigazzjonijiet tagħhom.

L-attakki li kienu jaslu permezz ta’ pakkett ħallew żewġ persuni mejta u ħamsa mweġġa’.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend