L-assoċjazzjoni Ewropea tal-voluntiera tal-protezzjoni ċivili EVOLSAR għadha kif temmet b’suċċess simulazzjoni ta’ salvataġġ ta’ 24 siegħa f’Malta, SIMULEX18. Is-simulazzjoni kienet organizzata mill-assoċjazzjoni volontarja Maltija – Emergency Fire and Rescue Unit (EFRU), li hija wkoll waħda mill-membri fundaturi tal-EVOLSAR.
Iktar minn 80 parteċipant, fosthom 30 voluntiera Maltin, ħadmu f’xenarju ta’ terremot f’postijiet differenti, u l-voluntiera tas-salvataġġ salvaw iktar minn 15-il vittma.
Din is-simulazzjoni saret bl-għajnuna tal-Fond għall-Għaqdiet Volontarji tal-Malta Community Chest Fund Foundation, u kienet inawgurata s-Sibt filgħodu mill-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca.
Il-President irringrazzjat lill-EFRU għall-organizzazzjoni ta’ din l-attività ta’ diplomazija fil-protezzjoni soċjali, eżempju ta’ kollaborazzjoni tajba u sinerġija effettiva li tressaq lil individwi minn diversi pajjiżi biex jaħdmu flimkien, f’kuntest fejn jistgħu jissaħħu l-ħbiberiji li jinbtu bejniethom. L-eżerċizzju ntemm il-Ħadd li għadda.