Muniti li jfakkru l-iskultura ta' Giuseppe Mazzuoli – Il-Magħmudija ta' Kristu | One News

Notifiki

Muniti li jfakkru l-iskultura ta’ Giuseppe Mazzuoli – Il-Magħmudija ta’ Kristu

Fl-20 ta’ Marzu 2018, il-Bank Ċentrali ta’ Malta ħareġ muniti numiżmatiċi tad-deheb ul-fidda li jur u ‘Il-Magħmudija ta’ Kristu’, grupp ta’ statwi maħduma minn Giuseppe Mazzuoli (1644-1725).

Il-muniti nħarġu taħt l-Europa Programme bit-tema “Barokk u Rokokò” u għandhom il-marka tal-logo Europa Star.

Il-munita tad-deheb għandha valur nominali ta’ €50, filwaqt li l-munita tal-fidda għandha valur nominali ta’ €10.

Dawn il-muniti huma valuta legali f’Malta biss.

Il-munita tal-€10, li l-istampar tagħha hu limitat għal 2,500 munita, hi maħduma f’0.925 fidda. Il-munita tiżen 28.28 grammi u għandha dijametru ta’ 38.61 millimetru.

Il-munita tal-€50 hi maħduma f’0.916 deheb, tiżen 6.5 grammi u għandha dijametru ta’ 21 millimetru. L-istampar hu limitat għal 500 munita.

Il-muniti huma maħduma fil-verżjoni proof. Il-muniti ġew iddisinjati u mnaqqxa minn Noel Galea Bason, u maħduma fir-Royal Dutch Mint. In-naħa ta’ wara tal-muniti turi ‘Il-Magħmudija ta’ Kristu’, skultura monumentali tal-irħam abjad maħduma f’Ruma minn Giuseppe Mazzuoli u li tpoġġiet fl-apsidi tal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, ġewwa l-Belt Valletta, fl-1703.

In-naħa ta’ quddiem tal-munita turi l-istemma araldika ta’ Malta u l-logo tal-EuropaStar. Il-muniti ta’ din is-sena ser ikunu parti minn serje ta’ ħames snin iddedikati lil perjodi differenti ta’ forom ta’ arti u storja Ewropea li nġabru fi gruppi ġeneriċi bħala: is-Seklu għoxrin modern (2016), Żmien il-Ħadid u l-Ħġieġ (2017), Barokk u Rokokò
(2018), Rinaxximent (2019) u Gotiku (2020).

Il-muniti jistgħu jinxtraw direttament milll-e-shop tal-Malta Coin Centre fuq is-sit elettroniku www.maltacoincentre.com jew mill-bini prinċipali tal-Bank. Il-munita tad-deheb ser tinbiegħ għall-prezz ta’ €340, filwaqt li l-munita tal-fidda ser tinbiegħ għall-prezz ta’ €60.

Għal aktar tagħrif, il-pubbliku hu ġentilment mitlub jikkuntattja lill-Malta Coin Centre billi jibgħat email fuq [email protected] jew iċempel fuq (+356) 2550 6006/7.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend