ARA: L-Awtorità tal-ippjanar talloka €10 miljun fl-iskema Irrestawra Darek – One News

Notifiki

ARA: L-Awtorità tal-ippjanar talloka €10 miljun fl-iskema Irrestawra Darek

Din l-iskema li tnediet għat-tieni darba u li gawdiet minn żieda ta’ żewg miljun ewro ffinanzjati mill-fond tar-regolarizzazzjoni tal-awtorita’ tal-ippjanar lhiema fond laħaq kważi 14-il miljun ewro; ser tapplika kemm għall-pubbliku ġenerali kif ukoll għall-għaqdiet volontarji reġistrati li għandhom dar antika liema fond ilu mibni għal aktar minn 50 sena.

L-iskema IRRESTAWRA DAREK ser tkun qed tkopri 70% tal-ispejjez li jkunu saru mis-sid sabiex jerga jagħti l-ħajja lir-residenza tiegħu stess.  Għaldaqstant, l-awtorita’ tal-ippjanar allokat 7.5 miljun ewro għal restawr ta’ faċċati ta’ binjiet privati residenzjali kif ukoll għal strutturi ta’ grad 1 u 2- fejn dawn is-sidien ser igawdu minn għotja li tilħaq il-massimu ta’ 10,000 ewro.

Djar residenzjali li jaqgħu taħt l-ewwel u t-tieni grad mhux biss ser ikunu jistgħu jirrestawraw il-faccata tad-dar, imma wkoll ser ikunu jistgħu jagħmlu xogħol ta’ restawr fil-ġonna- liema rifużjoni tista’ tlaħħaq sa massimu ta’ mitt elf ewro lil kull sid.

Permezz ta’ din l-iskema, l-Awtorita’ tal-Ippjanar allokat żewġ miljun ewro għall-anzjani kif ukoll persuni bi bżonnijiet speċjali; fejn dawn ser ikunu jistgħu itejbu l-kwalita’ t’ għixien tagħhom dan hekk kif huma wkoll ser igawdu minn għotja massima ta’ 10,000 ewro-il persuna -sabiex b’hekk huma jkunu jistgħu iwettqu xogħolijiet li tgħinhom aktar fil-mobilita’ tagħhom fi djarhom stess.  Min-naħa l-oħra, l-għaqdiet volontarji reġistrati ser igawdu minn allokazzjoni ta’ nofs miljun ewro.

Din l-iskema hija miftuħa għal kulħadd- jiġifieri anke koppji żgħażagħ li għadhom kemm xtraw l-ewwel proprjeta’ residenzjali tagħhom- fejn mhux biss  iffrankaw il-flus minn fuq it-taxxa tal-boll, imma ser ikunu jistgħu igawdu minn finanzjament li jista jlaħħaq sal 100,000 ewro sabiex jirrestawraw djarhom.

L-applikazzjonijiet għal din l-iskema ser jiftħu fit-2 ta’ April- madanakollu, wieħed għandu l-ewwel jikkonsulta mal-perit. L-awtorita’ tal-ippjanar saħhqet li x-xogħolijiet iridu jitlestew sat-30 ta’ Settembru tal-2020. L-attività saret fil-Casino Notabile l-Imdina.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend