Is-Siegħa tal-Passjoni mill-Banda Queen Victoria taż-Żurrieq | One News

Notifiki

Is-Siegħa tal-Passjoni mill-Banda Queen Victoria taż-Żurrieq

Għal sena oħra, is-Sezzjoni Żgħażagħ Karmelitani ser itellgħa wirja tal-Ġimgha l-Kbira, bl-isem ‘Is-Siegħa tal-Passjoni’, bejn il-Ħamis 22 u l-Ġimgħa 30 ta’ Marzu 2018.

F’ din il-wirja se jkun hemm esebiti diversi settijiet ta’ vari, platti tas-smid u xeni life size fost l-oħrajn.
Għal sena oħra se tiżżanżan statwa, xogħol Joseph Cutajar Zahra t’ Għawdex li se tiżdied mas-sett ta’ vari li qed isir fuq inizjattiva ta’ din is-sezzjoni.

Din il-wirja tiftaħ b’kunċert fis-Sala Madonna tal-Karmnu mill-Queen Victoria Ensemble, nhar il-Hamis 6 t’April fis-7:30pm.

Kulhadd huwa mistieden u d-dħul huwa b’xejn.

Il-ħinijiet tal-ftuħ tal-wirja huma:

Il-Ħamis 22 ta’ Marzu: mid-7:30pm sad-10 pm.
Mill-Ġimgħa 23 sal-Erbgħa 28 ta’ Marzu : mid-9:00am sa 12:00pm u mill-5:00pm sad-9:00pm.
Ħamis ix-Xirka (29 ta’ Marzu): mid-9:00am sa 12:00pm u mill-5:00pm sal-11:00pm
Il-Ġimgħa l-Kbira (30 ta’ Marzu): mid-9:00am sa 12:00pm.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend