Illum l-Eċċellenza tiegħu l-Arċisqof ta’ Malta Monsijur Charles J. Scicluna mistenna jippreżenta r-rapport tiegħu fuq l-allegati abbużi sesswali fiċ-Ċili lill-Qdusija tiegħu Papa Franġisku.
Scicluna kien fdat minn Papa Franġisku biex iħejji rapport dettaljat dwar l-allegat abbuż minn saċerdot fiċ-Ċilì u l-allegazzjonijiet li l-Isqof ta’ Osorno kien xhud tal-abbużi.
Skont il-midja fiċ-Ċilì fost dawk li sema’ x-xhieda tagħhom, kien hemm l-Isqof ta’ Osorno Juan de la Cruz Barros Madrid.
Scicluna qed f’Ruma minħabba li lbieraħ kien hemm l-ordinazzjoni ta’ Monsinjur Alfred Xuereb; l-ewwel Nunzju mill-gżira Għawdxija.