Sidt kelb tar-razza Pomeranian qed tappella għall-għajnuna wara li l-kelb tagħha safa maqtul wara li ġiet attakkat minn kelb li kien ma’ sidu f’Bulebel. Spjegat kif hi u Ruby kienu waqt mixja, kif kienu jagħmlu ta’ spiss, meta sfaw attakkatti minn kelb ta’ daqs medju ta’ lewn abjad bi ftit tbajja suwed. Sostniet li dan il-kelb mhuwiex maħrub iżda kien hemm sidu preżenti u li ta’ spiss ikun Bulebel idur ma’ żewġt iklieb mingħajr ċinga.
Sfortunatament, kawża tal-ġrieħi li ġarrab, Ruby tilef ħajtu.
Hi appellat li kull min għandu xi informazzjoni li jaf tkun ta’ għajnuna jista jikkuntattjaha fuq 99010293 jew 99972297.