Sewwieq ta’ mutur u passiġġiera ħelsuha ħafif wara li dalgħodu żelqu bil-mutur fis-Swieqi.L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tas-7:30 fi Triq Sant Andrija fis-Swieqi meta għal xi raġuni s-sewwieq tilef kontroll tal-mutur.
Fuq il-post issejħet ambulanza fejn aktar tard il-passiġġiera ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi ħfief.