Delia Missjunarju għall-Klawsura | One News

Notifiki

Delia Missjunarju għall-Klawsura

 

Qatt smajtu b’dak li mar ibiegħ ir-refrigerators fin-North Pole ?  Jew dak li  ħareġ ibiegħ il-heaters fid-deżert tas-Sahara ?

Issa għandna ieħor.  Adrian Delia li hu missjunarju,  u se jagħmel missjoni speċjali għalih,  u qisu se jmur jikkonverti lil tal-Klawsura.

Għamel diskors fuq li jrid jiġġieled kontra l-abort.  Emmnuni għedt forsi kien hemm xi ħaġa li ma ndunjatx biha.  Umbagħad kif ġabet l-artiklu t-Times,  qisha l-uffiċċju missjunarju ta’ Adrian Delia.  Aktar tħawwadt meta ċertu Mario Xerri bagħatli kumment fuq Facebook li ma għamilt l-ebda kumment fuq poeżija dwar l-abort,  li kienet qed tintbagħat.  Għidtlu sinċerament li ma kontx qed nifhem,  imma għedtlu l-fehma tiegħi.

Xorta bqajt nahseb li kien dwar id-diskors tal-Missjunarju Delia.   Imma mara qrajt li kien hemm miktub u baghtitli l-poesija,  sentimentali hafna fuq l-abort.Qabel ngħid kif naħsbiha fuq l-abort,  irrid ngħid li meta bniedem fil-politika jgħid li se jiġġieled kontra xi ħaġa,  ifisser li hemm theddida.  Imma ma tistax onestament tgħid dak il-kliem meta ma jkunx hemm theddida bħal dik. U t-Times għandha marda li saret tinsa.

Fis-16 ta’ Jannar, 2018 (xahrejn u tlett ijiem ilu,  mhux is-seklu l-ieħor)  it-Times ġabet : “COE Human Rights commissioner Nils Muiznieks had urged Dr Muscat to kick-start an “open and informed public debate on women’s access to abortion,” and to begin the process of decriminalising abortion, having said during a visit to Malta that he was “taken aback” by Malta’s “restrictive” stance on the issue. But in a reply dated January 8, Dr Muscat shot down the request, telling Mr Muižnieks  that “my Government neither has the political mandate to open a debate on access to abortion, nor the support of the public opinion on this matter”.

Il-Kunsill tal-Ewropa riedu li nibdew nitħajru għall-abort.  U Joseph Muscat qata’ l-għatx bil-perżut,  għax qal lil Nils Muiznieks tal-Kunsill tal-Ewropa li l-poplu ma taħx vot fuq hekk,  u l-anqas l-opinjoni pubblika ma taqbel ma’ dan. Bravu. U għala Delia jipprova jħawwad l-imħuħ?  Nils Muiznieks qal li aħna “magħluqin fuq is-suċċett”.  Għalhekk Adrian Delia hu missjunarju tal-klawsura.

Żmien ilu kont qomt fil-Kunsill tal-Ewropa u ċanfart li ħadd ma kien jitkellem fuq id-drittijiet tat-tarbija li ma twelditx.

Il-Professur Giuliano Amato u martu kienu għamlu ħafna propaganda fl-Italja biex l-abort ikun legalizzat. Wara kienu raw dokumentarju, u tant iddispjaċihom li ħarġu jgħidu kif bidlu l-fehma. It-tarbija ħajja tbati u ssofri waqt l-abort !

Mela naqtgħuha, Fr Delia, mur ippriedka x’imkien ieħor.

Ta’ QabelLi Jmiss
Gradwat tal-Universita` ta’ Malta fil-ligi fl-1970 meta beda jaħdem ta’ avukat. Gradwat ukoll fil-Letteratura Ingliża, Latin u Filosofija mill-Universita` ta’ Londra. Aktar tard gradwat fl-Ekonomija mill-Universita ta’ Londra. Tela’ l-ewwel darba fil-Parlament 1971, u l-aħħar darba fis-sena 2003. Huwa serva ta' Ministru bejn l-1979 u 1981. Okkupa l-kariga ta' Deputy Leader tliet darbiet, meta kien hemm fit-tmexxija Duminu Mintoff, Karmenu Mifsud Bonnici u Alfred Sant. Għamel 17-il sena jattendi l-Kunsill tal-Ewropa, u kiteb rapport magħruf internazzjonalment bħala The Brincat Report, rapport li wassal għall-konvenzjoni internazzjonali fuq id-drittijiet tal-minoranzi. Illum jaħdem ta’ avukat.

Send this to a friend