Artist ta’ Cirque du Soleil tilef ħajtu s-Sibt filgħaxija wara li waqa’ minn għoli waqt li kien qed jagħti spettaklu akrobatiku fl-arju f’Tampa fi Florida. Fi stqarrija, Cirque du Soleil ħabbar il-mewt ta’ Yann Arnaud tilef ħajtu waqt li qed jagħti spettaklu quddiem udjenza. Spjegaw kif hu ngħata l-ewwel assistenza medika fuq il-post u ttieħed fi sptar fil-qrib iżda kawża tal-ġrieħi li ġarrab hu tilef ħajtu fl-isptar.
Kien bosta fanatiċi li spjegaw id-dispjaċir li ħassew kif semgħu bl-aħbar tal-missier ta’ tifla, u sostnew li dan ix-xogħol kien jagħmlu b’passjoni kbira tant li ilu parti minn dan l-ispettaklu għal madwar 15-il sena.
Il-kumpanija mistennija tkun trasparenti u se taħdem id f’id mal-awtoritajiet sakemm jintemmu l-investigazzjonijiet fejn l-aħħar żewġ spettakli ġew ikkanċellati.