Mara akkużata b'pussess ta' droga ma tingħatax il-ħelsien mill-arrest | One News

Notifiki

Mara akkużata b’pussess ta’ droga ma tingħatax il-ħelsien mill-arrest

Ersilia Gauci residenti l-Belt u li għandha 42 sena ma ngħatatx il-ħelsien mill-arrest wara li tressqet il-qorti akkużata bi traffikar ta’ droga.

Gauci kienet akkużata li kellha fil-pussess tagħha d-droga li dehret li ma kinitx għall-użu personali. Kienet akkużata wkoll li kienet fil-pussess tad-droga eroina u li hija wkoll riċediva.

Il-Qorti ċaħdet il-ħelsien mill-arrest.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend