Inġinier li kien jaħdem fuq il-pont tal-Università f’Miami kien wissa li kien hemm qsim fl-istruttura, jumejn qabel ma ċeda u qatel sitt persuni. Denney Pate, li hu l-inġinier ewlieni għall-kuntrattur FIGG, ħalla messaġġ permezz ta’ telefonata mad-dipartiment tat-trasport ta’ Florida.
Hu wissa li kien hemm qsim fl-istruttura iżda qal ukoll li ma kien hemm ebda tħassib fuq is-sigurta’.
Iżda kien tard wisq hekk kif l-impjegati tad-dipartiment semgħu dan il-messaġġ proprju wara li ċeda l-pont.