Lorenzo Callus u Paul u Jonathan Farrugia ma ngħatawx il-ħelsien mill-arrest wara li wieġbu mhux ħatja li wettqu attivitajiet kriminali, fosthom li ħadmu jew ikkumsjonaw li jiġi maħdum splussiv bil-ħsieb li joqtlu lil Mario Scicluna jew Elaine Galdes.
Kien il-Ħamis filgħodu li ebra’ persuni ġew arrestati b’rabta mal-bomba li tpoġġiet taħt karozza fil-Fgura, liema bomba ma ħaditx. Fost l-erba’ suspettati, tressqu l-Qorti quddiem il-Maġistrat Aaron Bugeja Paul Farrugia ta’ 34 sena mix-Xgħajra, u Jonathan Farrugia ta’ 29 sena minn Birzebbuġa u Lorenzo Callus ta’ 49 sena mill-Qrendi.Lorenzo Callus qed jigi akkużat ukoll li fil-15 ta’ Marzu, fil-Qrendi u fi bnadi oħra, kellu fil-pussess tiegħu jew ġarr armi tan-nar u munizzjon mingħajr licenzja. Hu qed jiġi akkużat ukoll li kellu fil-pussess tiegħu pjanta u raża tal-kannabis u kif ukoll fis-snin ta’ qabel kellu fil-pussess tiegħu l-eroina. Huwa kellu wkoll fil-pussess tiegħu ta’ 24 kaxxa, ħamsin kartuna ta’ sigaretti ta’ tip ieħor. Huwa riċediv għal sentenza oħra li ngħatat fis-sena 2014.
Paul Farrugia qed jigi akkuzat ukoll li fix-Xgħajra kellu fil-pussess tiegħu sigaretti bla dazju dan bil-hsieb li jwettqu frodi. Qed jingħad li dawn is-sigaretti għandhom valur ta’ €580.
Jonathan Farrugia nstab fil-pussess ta’ droga Ii ma’ kinitx għall-użu tiegħu.
It-tliet akkużati huma riċedivi għal diversi sentenzi li ngħataw fil-passat u għalekk il-Qorti se tissekwestra l-flejjes kollha u l-propjeta’ tagħhom.
It-tliet akkużati ma wieġbu għall-ebda mistoqsija li l-Qorti għamlitilhom fejn kienu l-akkużati Lorenzo Callus u Paul Farrugia li wieġbu li mhumiex ħatja. L-akkużat Jonathan Farrugia ma ta l-ebda tweġiba u kien għalekk li l-Qorti ħadet dan is-silenzju bħala tweġiba tal-akkużat hi li mhux ħati.
Particivile għal Mario Scicluna se jidher l-Avukat Mario Mifsud.
Għall-akkużati qed jidhru l-Avukati Roberto Montalto, Franco Debono u Christopher Chircop.