Simon Busuttil għandu jkun jaf x'inhi l-proċedura parlamentari | One News

Notifiki

Simon Busuttil għandu jkun jaf x’inhi l-proċedura parlamentari

 

L-iSpeaker tal-Kamra Anġlu Farrugia qal li s-Sedja hija marbuta bl-Ordnijiet Permanenti li tara liema huma dawk il-mistoqsijiet parlamentari li jistgħu jitqiesu bħala aċċettabbli u ma tistax tabdika minn dan id-dover.

Dr Farrugia qal dan f’ruling li ta fuq talba tal-eks Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil, li t-Tnejn li għadda ipprotesta dwar żewġ mistoqsijiet parlamentari lill-Prim Ministru li twaqqfu mill-iSpeaker għax ma kinux dwar ħwejjeġ pubbliċi.

Anġlu Farrugia qal li s-Sedja tqis bħala mhux korrett il-kumment ta’ Busuttil li meta l-iSpeaker jesegwixxi d-dover tiegħu fir-rigward tal-mistoqsijiet li jsiru, is-sejda ma tkunx qed jimxi b’mod mhux demokratiku.

L-Ispeaker qal li s-Sedja tifhem li Busuttil, bħala membru elett għandu jkun konxju ta’ dak li jgħidu l-Ordnijiet tal-Kamra u allura jaf ukoll x’inhi l-proċedura parlamentari stabbilita li trid tiġi segwita f’każ li jaħseb li hemm xi provvediment li jeħtieġ bidla.

L-iSpeaker, li kkwota kemm rulings ta’ Speakers differfenti bħal Anton Tabone u lawrence Gonzi, kif ukoll dak li tgħid il-House of Commons u l-Erskine May, temm jgħid li s-Sedja qed tiddeċiedi li żżomm soda mad-deċizjoni tagħha fir-rigward taż-żewġ interpellanzi li għamel riferenza għalihom Busuttil u ttenni li mhumiex konformi mal-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra.

Simon Busuttil qal li huwa se jappella mir-ruling skont il-provvidmenti tal-Istanding Orders.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend